Ħruġ ta’ ‘Stock’ tal-Gvern ta’ Malta – One News

Notifiki

Ħruġ ta’ ‘Stock’ tal-Gvern ta’ Malta

​L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €50,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta’ €30,000,000 kif ġej:

(i)         1.4% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2024 (III) Fungibility Issue, u

(ii)        1.85% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2029 (III) Fungibility Issue, jew

(iii)       f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ €50,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti b’irkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa s-27 ta’ Frar, 2019 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’nofsinhar (CET) tal-istess jum jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta’ email fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210 jew jintefgħu fil-Kaxxa tal-Offerti tat-Teżor, il-Furjana.

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull Stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara immedjatament il-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.

L-Accountant General se jħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar permezz ta’ stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar it-Tlieta s-26 ta’ Frar, 2019 li tkun tikkonsisti minn firxa indikattiva ta’ spreads fuq ir-rati tal-euro mid-swap li jirriflettu b’mod wiesa’ l-kondizzjonijiet fis-suq sekondarju tal-1.4% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2024 (III) u tal-1.85% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2029 (III).

Aktar tagħrif dwar dawn l-iStocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stocks tal-Gvern ta’ Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *