Sentejn ħabs wara li ammetta li biegħ id-droga viċin skola – One News

Sentejn ħabs wara li ammetta li biegħ id-droga viċin skola

Anthony Said ta’ 44 sena mill-Fontana Għawdex inżamm arrestat wara li ammetta li biegħ drogi ħdejn skola fir-Rabat Għawdex.

Huwa kien akkużat li fit-18 ta’ Jannar u fis-snin ta’ qabel, kien fil-pussess aggravat ta’ droga kokaina u eroina, bil-pussess tad-droga kannabis, bi traffikar ta’ droga f’distanza ta’ inqas minn 100 metru ta’ skola, gym u klabb tal-futbol u li kien riċediv.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu, bil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud tikkundannah sentejn ħabs. L-imputat ġie mmultat ukoll €3,000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend