Raġel ta’ 70 sena mill-Mosta ittiħed l-isptar wara li ttajjar minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 44 sena mis-Serbija.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-10:40 fi Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid, biswit iċ-ċimiterju tal-Addolorata. Għal xi raġuni il-karozza tat-tip Hyundai Accent misjuqa mir-raġel ta’ 44 sena laqtet lir-raġel, bil-konsegwenza li l-windscreen tal-karozza nfaqa’.
Il-kundizzjoni tar-raġel ta’ 70 sena għada mhix magħrufa.