Notifiki

Żewġ missirijiet jitressqu l-Qorti wara ġlieda f’Ħaż-Żabbar

Raġel ta’ 23 sena minn Ħaż-Żabbar u ġuvni ta’ 20 sena minn Bormla tressqu l-Qorti wara li kienu nvoluti f’argument bejn seba’ persuni f’Ħaż-Zabbar il-Ħadd filgħaxija li ħalla mara ta’ 25 sena u raġel ieħor ta’ 46 sena l-isptar.

L-argument qam wara tilwima bejn mara u raġel li kienu f’relazzjoni minħabba binhom.

Fil-każ kontra r-raġel ta’ 23 sena il-Qorti semgħet li l-argument qam meta l-omm allegatament marret fir-residenza ta’ l-ex-sieħeb tagħha biex tiġbor it-tifel tagħhom ta’ 4 snin.

Meta l-mara marret fid-dar tal-eks sieħeb tagħha qam argument vjolenti, bl-omm issofri minn ġrieħi gravi.

L-avukat tal-mara spjegat kif dan ma kienx l-ewwel argument bejn iż-żewġ persuni u kawża tal-argument il-mara kellha ssirilha operazzjoni.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati li weġġa gravi lil-ex sieħba tiegħu, li kkawżalha biża mill-vjolenza u li kiser il-paċi pubblika.

Huwa talab għall-ħelsien mill-arrest. Madankollu, minħabba li l-allegata vittma kienet għad trid tixhed, u minħabba l-gravità tar-reati u inċidenti oħra preċedenti, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ftit wara tressaq ir-raġel ta’ 20 sena fejn qal li nvolva ruħu fil-ġlieda wara li ċemplitlu l-vittma. Meta ra l-istat mbeżża’ tat-tifel tiegħu li kien qed jakkumpanja lil ommu meta marret tiġbor lit-tifel l-ieħor tagħha, huwa mar għall-akkużat.

Huwa wieġeb mhux ħati li hedded lill-pulizija, li m’obdiex ordnijiet tal-pulizija u li kien riċediv.

Il-Qorti laqgħet it-talba tiegħu għal ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta €20,000 u ordnatu li jiffirma fl-għassa kuljum.

Il-Qorti imponiet divjett fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet kollha sabiex jiġu proetti t-tfal involuti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend