Il-Qorti ordnat il-qerda ta’ 5,968 par żarbun sportiv li rriżulta huma ffalsifikati.
Oġġetti li kienu nżammu mid-Dwana wara li nstabu f’kontejner fil-Port Ħieles li ddaħħal f’pajjiżna fis-sittax t’Awwissu li għadda.
F’kawża l-Qorti kien innutat kif iż-żraben kellhom fuqhom sinjali li huma kważi identiċi għal marki fosthom ta’ Converse All Star.
Irriżulta però li dawn ma kinux prodotti oriġinali.
Hekk kif dan imur kontra l-Att dwar Drittijiet dwar Proprjetà Intelletwali u regolamenti Ewropej f’dan ir-rigward, il-Qorti ordnat li dawn iż-żraben jinqerdu.