Tirrifjuta l-aċċess fuq il-muntanja Everest lit-turisti jekk ma jkollhomx permess – One News

Tirrifjuta l-aċċess fuq il-muntanja Everest lit-turisti jekk ma jkollhomx permess

Iċ-Ċina qed tirrifjuta d-dħul għall-muntanja Everest lil dawk il-viżitaturi li m’għandhomx permess.

Din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba li l-viżitaturi qed iħallu ammont sostanzjali ta’ skart fuq il-muntanja.

Dan ifisser li t-turisti jistgħu jaslu sal-monasteru ta’ Rongbuk li jinsab f’għoli ta’ madwar 5,200 metru.

Ħafna mill-viżitaturi jiġu min-Nepal però bosta Ċiniżi jżuru dan is-sit ukoll.

Il-quċċata tal-muntanja Everest ilu jiġġieled il-problema ta’ skart għal bosta snin. Dan minħabba li żdiedu n-nies li jżuruh.

Madwar 40,000 persuna żaru dan is-sit fl-2015.  F’Jannar l-awtoritajiet qalu li l-permessi biex titla’ fuq il-muntanja se jkunu ta’ 300 permess fis-sena.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend