Stqarr dan il-Ministru tal-ekonomija u l-Finanzi tal-Italja Giovanni Tria meta ġie pajjiżna għal-laqgħa mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.
“The situation is good, no financial problems, excellent situation so far.”
Skont it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea din is-sena, Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. L-ekonomija ta’ Malta se tikber b’rata ta’ ħamsa punt tnejn fil-mija, li hija erba’ darbiet aktar mill-medja Ewropea.
Bil-Kummissjoni Ewropea qed tbassar ukoll li l-inqas tkabbir ekonomiku mistenni jkun fl-Italja b’zero punt tnejn fil-mija.
Lil hinn mill-ekonomija, Malta u l-Italja għandhom sfidi komuni x’jiffaċċjaw.
Bil-Ministru taljan fisser kif l-Italja għandha r-relazzjoni tajba ħafna ma’ Malta, u flimkien jaħdmu sabiex jiffaċċjaw diversi sfidi, bħal ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
“Good relationship, excellent relationship. We don’t have any problems with the two countries. Both in our work in europe. We also have same problems to face like Brexit”.
Il-laqgħa f’Malta mal-Ministru tal-Ekonomija Taljan laqqgħet ukoll lir-rappreżentanti fi ħdan il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji li tippresjidi l-Italja.
Il-Ministru Edward Scicluna qal li r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi hija b’saħħitha.
“Jammirawna f’dil-performance tagħna, pajjiz zgħir pajjiz b’saħħtu u nitkellmu dwar dan ukoll fejn tidħol l-ekonomija u l-banek”, qal il-Ministru Scicluna.
Fil-laqgħa ġew diskussi wkoll bosta sfidi li Malta u l-Italja qegħdin jaħdmu flimkien fuqhom, fl-interess taz-zewġ pajjiżi.
“Fosthom Brexit, il-kummerċ globali, l-isfidi taz-zona ewro u anki l-immigrazzjoni, minkejja li mhux relatat mal-finanzi. Għax huwa fl-interess u l-ġid tagħha”, qal il-Ministru Scicluna.
Il-Ministru Edward Scicluna ta ħajr lill-Ministru taljan tal-kollaborazzjoni tajba li qed tinbet bejniethom.