‘Hey Now’ minn Ira Losco u Owen Leuellen issa uffiċjalment irrekordjata – One News

Notifiki

‘Hey Now’ minn Ira Losco u Owen Leuellen issa uffiċjalment irrekordjata

Fil-programm X Factor Malta Owen Leuellen mexa minn fażi għall-oħra u li finalment kienu l-voti tal-pubbliku stress li wassluh sal-finali fejn hemmhekk flimkien mal-mentor tiegħu Ira Losco taw prestazzjoni ta’ waħda mis-siltiet riċenti ta’ Ira ‘Hey Now’ li ġiet ripproduċuta bil-versi originali ta’ Owen. Il-prestatzzjoni ħolqot sensazzjoni fuq is-social media u marret ‘viral’ tant li silta mill-prestazzjoni ġiet imtella’ ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ l-X Factor Global.

Ftit ġimgħat ilu l-manager ta’ Ira , kif ukoll X Factor Judge Howard Keith ħabbar li l-verżjoni ġdida ta ‘Hey Now’ ta Ira flimkien ma’ Owen Leuellen kienet ser tiġi rrekordjata. Issa uffiċjalment qed tindaqq fuq ir-radjijiet lokali. B’eluf ta’ nies jistaqsu għaliha, bla dubju li din is-single ser tkun ta’ suċċess kbir.

Owen Leuellen iklassifika fit-tieni post fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend