Intemmu t-taħditiet bejn ir-Repubblikani u d-Demokratiċi fl-Istati Uniti maħsuba biex jevitaw shutdown ieħor tal-gvern. Dan mingħajr ma ntlaħaq ebda ftehim.
In-negozjaturi kienu qed jittamaw għal ftehim sal-lum sabiex jagħtu lill-kungress ħin biżżejjed biex jgħaddu l-leġislazzjoni sal-Ġimgħa, meta jiskadi l-ftehim dwar il-fondi federali tax-xahar li għadda.
In-nuqqas ta’ ftehim huwa msejjes fuq l-insistenza tal-President Donald Trump li jibni ħajt mal-fruntiera mal-Messiku.
L-aħħar shutdown tal-Gvern dam 35 jum u kien l-itwal wieħed li qatt sar fl-istorja tal-Istati Uniti.