Raġel Kanadiż li spara u qatel 6 persuni f’moskea f’Quebec fl-2017 intbagħt għomru l-ħabs, u se jkun eliġibbli għal parole wara 40 sena.
Alexandre Bissonnette ta’ 29 sena wieġeb ħati f’Marzu li għadda għal 6 akkużi ta’ qtil u 6 akkużi ta’ attentat ta’ qtil.
L-imħallef ċaħad talab ta’ 150 sena ħabs, hekk kif skont hu, din ma kinitx raġonevoli.