Jinqdew ‘il fuq minn 32,000 klijent fl-ewwel sena ta’ Business First – One News

Notifiki

Jinqdew ‘il fuq minn 32,000 klijent fl-ewwel sena ta’ Business First

Fl-ewwel sena ta’ Business First, ‘l fuq minn 32,000 klijent inqdew minn dan iċ-ċentru fl-Imrieħel.


Barra minn hekk, fl-ewwel sena tal-operat, il-Business First irċevew aktar minn: 17,000 telefonata , madwar 3,600 imejl u kien hemm aktar minn 15,000 walk-ins, jiġifieri nies li ġew l-uffiċini biex jistaqsu għall-għajnuna u offrew taħriġ lill-aktar minn 400 intraprenditur.

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li apparti Business First, kien hemm ukoll is-simplifikazzjoni tal-proċess għat-twaqqif ta’ negozju ġdid.

Filfatt, kull min hu interessat li jiftaħ negozju, issa għandu applikazzjoni waħda biss x’jimla u jista’ jimlieha onlajn. Dan meta qabel kien ikollu jterraq lejn numru ta’ dipartimenti biex jimla’ iktar minn 20 formola.

B’din is-simplifikazzjoni t-twaqqif ta’ negozju ġdid f’Malta jista’ jsir f’inqas minn 3 ijiem.

Il-Ministru Chris Cardona qal: “Dan kollu wassal sabiex għolla l-kompetitivita ta’ pajjizna illum anki fl-istatistika tlajn għaxar postijiet. U negozju moħħu mistrieħ”.

Dan kollu jgħin sabiex aktar negozji jiftħu n-negozju tagħhom f’pajjiżna fejn joffri proċess ssimplifikat u għandu ekonomija b’saħħitha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend