Notifiki

Minn miżbla għal park tal-familja f’Għawdex

Il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima itenni l-impenn tal-Gvern li żona li fil-passat kienet tintuża bħala miżbla ġewwa l-Qortin, Għawdex tinbidel f’park għall-familji.

Dan il-proġett huwa wieħed importanti għaliex b’mod effettiv, żona li għal bosta snin kienet qiegħda tilqa’ skart domestiku u dak ta’ kostruzzjoni se tkun qiegħda tiġi riġenerata fi spazju miftuħ li jagħti valur lill-aspett ambjentali kif ukoll dak soċjali.

Apparti dan, hekk kif ippjanat, il-materjal WEEE li kien qiegħed jinħażen b’mod temporanju għal perjodu qasir ta’ żmien f’sit biswit l-eks miżbla tal-Qortin, tneħħa kompletament u din l-art illum m’għandha l-ebda materjal maħżun.

Ritratti: MESDC

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend