Kommossjoni wara li ħebb għall-pulizija fl-awla – One News

Notifiki

Kommossjoni wara li ħebb għall-pulizija fl-awla

Maverick Azzopardi ta’ 22 sena minn Marsaskala nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li attakka u għamel reżistenza bi vjolenza lill-uffiċjali tal-Pulizija fosthom fuq Surġent u diversi kuntistabbli tal-Pulizija.

Fil-Qorti l-Ispettur Eman Hayman qal li l-każ beda bi vjolenza domestika meta fil-ġranet ta’ qabel l-imputat kkaġuna biża kontra l-ġenituri tiegħu.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud tenniet li l-Pulizija għandha tiġi protetta minn kull tip ta vjolenza, filwaqt li l-ordnijiet għandhom jiġu obduti u l-Pulizija tiġi rispettata.

Waqt li l-imputat kien ħiereġ mill-awla kellu argument ieħor mal-Pulizija li kien qed jeskortah barra mill-awla. Kien hawn li l-Maġistrat Mifsud reġa’ talab lill-imputat jidħol lura fejn widbu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Eman Hayman u Oriana Spiteri filwaqt li għall-imputat dehret l-Avukatessa Raissa Colombo.

Azzopardi ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja mogħtija minn Qorti oħra fl-2015, filwaqt li kiser il-‘Probation’ mogħtija aktar kmieni din is-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend