Notifiki

Il-Gvern b’viżjoni ħolistika u sostenibbli għall-qasam agrikolu

B’reazzjoni għal konferenza stampa li għamlet l-Oppożizzjoni llum dwar ir-regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern, il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti kapitali flimkien mal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u tibdil fil-klima fi stqarrija qalu li l-Gvern jifhem li d-deputati tal-Oppożizzjoni qegħdin jagħmlu ammissjoni ċara meta għarfu li din l-isfida tat-trasferiment tal-art agrikola ilha ġejja minn diversi snin preċedenti u qatt ma ttieħdet azzjoni. Kellu jkun dan il-Gvern li jisma’ u jifhem lill-bdiewa u li qiegħed jindirizzaha bis-sħiħ.

Dan jikonferma kemm il-pass li ħa dan il-Gvern meta ħejja u ppubblika l-istrateġija nazzjonali agrikola fl-2018 kienet deċiżjoni importanti għas-sostennibilità tas-settur. Il-Gvern ifakkar kif il-ligi dwar it-trasferiment tal-qbiela hija waħda mill-miżuri ewlenin ta’ din l-istess viżjoni ħolistika ghall-qasam agrikolu.

Il-Gvern iħares sabiex jiddiskuti din il-liġi fil-Parlament ħalli jkompli juri fid-deher il-benefiċċji ta’ dan l-avviż legali maħruġ ftit ġimgħat ilu.

Min-naħa tiegħu, il-Gvern jibqa’ kommess li jħares lejn il-liġijiet u fejn hemm bżonn idaħħal fis-seħħ, kif fil-fatt għamel, emendi biex ikompli jtejjeb il-kundizzjonijiet u jgħin lill-bdiewa Maltin u Għawdxin. L-impenn aħħari tal-Gvern huwa li jara li l-livell tal-għajxien u l-kwalità tal-ħajja tal-partijiet kollha tas-soċjetà Maltija, inkluż is-soċjetà agrikola, ikomplu jiżdiedu u jitjiebu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend