BIL-FILMAT: Il-mument tal-arrest u interogazzjoni tal-qattiel tal-ħaddiem Malti fis-Somalja – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-mument tal-arrest u interogazzjoni tal-qattiel tal-ħaddiem Malti fis-Somalja

one.com.mt kiseb il-filmat tal-mument tal-arrest u ta’ parti mill-interogazzjoni ta’ wieħed miż-żewġ terroristi li sparaw fuq il-ħaddiem Malti ta’ 52 sena Paul Anthony Formosa. Fl-ewwel parti tal-filmat it-terrorista żagħżugħ tal-Al Shabaab bl-isem ta’ Abdullahi Mohamed Ibrahim deher mgħammad filwaqt li kien qed jiġi akkumpanjat ġewwa vann tal-Pulizija. It-tieni parti turi lill-militant fl-isptar jissielet għal ħajtu bi ġrieħi f’idu. X’aktarx dawn il-ġrieħi ġew ikkawżati mill-uffiċjali tas-sigurtá li kienu qed jakkumpanjaw lil Formosa fil-ħin tal-attakk. Skond rapporti fil-mezzi soċjali iż-żewġ terroristi mietu wara danl-attakk terroristiku.

Nixtiequ nwissu li l-filmat jista’ jiġi meqjus bħala wieħed ta’ natura grafika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend