Aktar minn tlettax-il elf student ta’ bejn ir-raba sena primarja sat-tieni sena sekondarja li jattendu fi skejjekl tal-istat, indipendenti u tal-Knisja mhux ser jagħmlu l-eżamijiet ta’ nofs is-sena. Dan wara li daħlet fis-seħħ is-sistema ta’ assessjar kontinwu tul is-sena kollha li jwassal lill-istess studenti għall-eżamijiet annwali.
ONE NEWS tkellem mal-istudenti tal-Kullegg Santa Tereza Skola Medja Birkirkara fejn semmew kif tul dawn il-jiem normalment kienu jħossuħhom aġitati ħafna. Mistoqsija dwar is-sistema ta’ assessjar, dawn l-istudenti qalu li issa faċli jibqgħu jiftakru dak li verament qegħdin jitgħalmu fil-klassi.
L-Uffiċjal Edukattiv Melanie Casha Sammut saħqet kif kull student huwa differenti minn ieħor u għalhekk, permezz ta’ dan il-metodu, l-istudenti ser jitgħallmu u jiġu evalwati permezz ta’ ħiliet differenti.
Minn din is-sena l-istudenti qed ikollhom assessjar kontinwu. Dan jinvolvi marki minn xogħol li jsir matul is-sena skolastika kif ukoll mill-karta tal-eżami.