Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi fi Triq il-Kosta – One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi fi Triq il-Kosta

Raġel ta’ 50 sena mis-Siġġiewi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kawasaki Ninja ZX-10R u waqa’ fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend