AĠĠORNAT: Jeħlisha ħafif wara li waqa’ sular f’Wied Babu fiż-Żurrieq – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Jeħlisha ħafif wara li waqa’ sular f’Wied Babu fiż-Żurrieq

Xabbatur Amerikan ta’ 31 sena sofra ġrieħi f’rasu wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’Wied Babu fiż-Żurrieq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs tal-Ħadd waranofsinhar meta r-raġel kien ma’ sħabu jixxabbat mal-irdumijiet ta’ Wied Babu.

Minn informazzjoni miksuba fuq il-post irriżulta li r-raġel ir-raġel żelaq u waqa’ għoli ta’ sular waqt li kien qed jipprova jaqbad ħolqa tal-ħbula.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna mit-tim mediku tal-emerġenza ta’ Mater Dei u mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

L-operazzjoni sabiex ir-raġel jinħareġ ħadet madwar siegħa hekk kif l-inċident seħħ fin-naħa ta’ ġewwa tal-wied.

Madankollu r-raġel ta’ 31 sena b’rasu nfaxxata deher ħiereġ mill-wied miexi waħdu mingħajr l-ebda assistenza.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal iktar kura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend