ARA: Mara tqila titniżżel bil-forza minn ferrovija fl-Isvezja – One News

Notifiki

ARA: Mara tqila titniżżel bil-forza minn ferrovija fl-Isvezja

Mara li qed tistenna tarbija weġġgħet ħafif meta ġiet mkaxkra minn ferrovija ta’ taħt l-art bil-forza. Iż-żewġ uffiċjali tas-sigurtà li kienu nvoluti fl-inċident ġew sospiżi.

Il-mara kienet ma’ bintha ta’ ħames snin fil-ħin tal-inċident meta l-uffiċjali niżluwha mill-ferrovija wara li allegatament ma kelliex biljett validu.

Il-filmat tal-inċident qajjem rabja kbira fil-midja soċjali, b’ħafna jakkużaw lill-uffiċjali tas-sigurtà u lill-Pulizija b’imġieba razzista.

L-inċident qed jiġi investigat sabiex jiġi stabbilit jekk l-uffiċjali humiex ħatja ta’ aggressjoni u jekk il-mara ppruvatx tirreżisti b’mod vjolenti.

Hija allegat li l-uffiċjali tas-sigurtà qabduha meta qaltilhom li ma setgħetx issib il-biljett tal-ferrovija u baqgħet tinsisti li l-biljett xtratu iżda ma setgħetx issib fejn poggietu. Hija qalet lill uffiċjali wkoll li kienet għajjiena u muġugħa u ma setgħetx tinżel mil-ferrovija.

Il-mara marret l-isptar darbtejn wara l-inċident – l-ewwel darba ftit ħin wara l-inċident, u l-għada sabiex tikkonferma li t-tqala tagħha ma ġietx affetwata b’dak li ġara.

Fil-filmat bint il-mara tinstema tibki u tolfoq meta rat lill ommha titpoġġa bil-forza fuq bank fl-istazzjon tal-ferrovija fejn tniżżlet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend