Żieda ta’ 30 karozza kuljum fl-2018 – One News

Notifiki

Żieda ta’ 30 karozza kuljum fl-2018

Fi stqarrija, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li skont informazzjoni amministattiva miġbura minn Transport Malta, l-għadd ta’ karozzi rreġistrati sa Diċembru issa tela’ għal aktar minn tliet mija u ħamsa u tmenin elf.

Minn dawn, madwar tmienja u sebgħin fil-mija tal-vetturi huma karozzi tal-passiġġieri, madwar erbatax fil-mija huma vetturi kummerċjali, aktar minn sebgħa fil-mija huma muturi, filwaqt li karozzi tal-linja u minibuses ammontaw għal anqas minn wieħed fil-mija.

L-NSO żied jgħid li bejn Ottubru u Dicembru in-numru ta’ vetturi rreġistrati, fuq medja żdiedu bi 30 kuljum.

L-istatistika turi wkoll li bejn Ottubru u Diċembru tal-elfejn u tmintax, il-vetturi liċenzjati ġodda, ammontaw għal aktar minn sitt elef u tlett mitt vettura. Il-,aġġoranza ta’ dawn kienu karozzi tal-passiġġieri, bl-ammont tagħhom jitla’ għal erba’ u sebgħin fil-mija.

Min-naħħa l-oħra l-muturi ġodda ammontaw għal ħdax fil-mija.

L-istatistika turi li f’dan il-perjodu, vetturi b’liċenzja ġdida ammontaw għal aktar minn elfejn u seba’ mitt vettura, filwaqt li liċenjzi ġodda ta’ vetturi użati ammontaw għal madwar tlett elef u sitt mija.

Fl-istess perjodu, madwar sebat elef u ħamess mitt vettura teneħħew mit-toroq. Minn dawn, madwar sitta u tletin fil-mija reġgħu tpoġġew għall-bejgħ, wieħed u tletin fil-mija ġew skreppjati, filwaqt li madwar tletin fil-mija tal-vetturi ġew iggaraxxjati.

Sa Diċmebru, mill-karozzi kollha rreġistrsati, aktar minn 231 elf u ħames mija jew ftit aktar minn sittin fil-mija kellhom magna li taħdem bil-petrol. Min-naħa l-oħra kważi 150 elf vetturi kienu jħamdu bid-diesel. Il-vetturi li jaħdmu bl-elettriku u Hybrid ammontaw għal madwar elfejn u tlett mija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend