Raġel ta’ 44 sena mill-Gudja ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta bejn tliet vetturi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħodu fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ meta seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Honda misjuqa mir-raġel ta’ 44 sena, vettura tat-tip Audi misjuqa minn raġel ta’ 35 sena minn Birkirkara u trakk misjuq minn raġel Albaniż.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel mill-Gudja l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.