“Min miet għax ma talabx biżżejjed?”- Omm li tilfet lil binha – One News

Notifiki

“Min miet għax ma talabx biżżejjed?”- Omm li tilfet lil binha

“Min miet, għax ma talabx biżżejjed? Jew għax ma kellux fidi? jew għax Alla ma semgħux?”. Din kienet il-karba ta’ omm li ftit aktar minn sena ilu tilfet lil binha bil-kanċer.

F’messaġġ fuq Facebook, Josette Frendo, omm iż-żagħżugħ Jerome Frendo, ġibdet l-attenzjoni tas-segwaċi tagħha dwar diversi messaġġ li jduru fuq il-midja soċjali jappellaw għal talba għal min hu marid.

“Spiss issib posts fejn jgħidu t-talb jasal, għalhekk fieq, jew itlob u jfejqek. Jiġifieri jekk il-marid miet għax ma talabx biżżejjed? Jew għax ma kellux fidi? Jew miet għax Alla ma semgħux?”, qalet l-omm.

Hija żiedet tappella biex wieħed joqgħod attent kif jagħżel kliemu f’każi senstivvi bħal dawn għaliex iweġġgħu lil persuni oħra mingħajr ma jindunaw.

“Jiena nemmen li Alla dejjem jgħinek b’xi mod, però jħalli n-natura tmexxi hi f’din id-dinja”, temmet Josette Frendo.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend