Ħarġet mill-ITU tat-tfal it-tarbija tat-twelid li madwar ġimgħa ilu ddaħħlet l-isptar Mater Dei bil-meninġite.
ONE News jista’ jiżvela dan wara li dalgħodu tħabbar kif it-tifla li għandha ftit aktar minn għoxrin jum, qalbet għall-aħjar. It-tarbija mhux biss qalbet għall-aħjar iżda saħansitra ħarġet mill-ITU tat-tfal.
L-awtoritajiet tas-saħħa assiguraw lill-pubbliku li la fl-isptar Mater Dei u lanqas fil-pajjiż m’hawn epidemija tal-meningite.
Huma qalu dan wara li lbieraħ tifla ta’ tmien xhur iddaħħlet l-isptar tbati bil-kundizzjoni ta’ settiċemija li mhix meninġite.
Il-Kap tat-Taqsima Medika fl-Isptar Mater Dei, il-Professur Walter Busuttil saħaq li t-tliet każijiet rrapportati fil-midja fl-aħħar ħmistax huma kompletament differenti minn xulxin u mhumiex relatati.