Laqgħa llum bejn il-Gvern u l-GRTU dwar il-kwistjoni tal-pompi tal-fjuwil – One News

Notifiki

Laqgħa llum bejn il-Gvern u l-GRTU dwar il-kwistjoni tal-pompi tal-fjuwil

Illum wara nofsinhar mistennija ssir laqgħa bejn il-Ministeru għall-Enerġija u l-GRTU dwar iż-żieda li ntalbet fil-qligħ mill-fjuwil għas-sidien tal-pompi tal-fjuwil.

Ilbieraħ, il-GRTU ħabbret li ssospendiet l-azzjonijiet industrijali għall-Ġimgħa filgħaxija.

Madankollu l-GRTU saħqet li mhux eskluż li jekk id-diskussjonijiet ma jwasslux fi ftehim, il-pompi tal-fjuwil jiddeċiedu li jerġgħu jissoktaw bihom.

Sadanittant l-għaqda tal-konsumaturi qalet li tinsab imħassba bil-pożizzjoni tal-GRTU.

Saħqet li tmien snin ilu l-pompi tal-fjuwil diġà kienu ngħataw żieda biex jilħqu l-istandards Ewropej iżda x’aktarx iż-żieda spiċċat iddawret fi profitt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend