Il-Kummissarju Għoli Ingliż jilqa’ l-impenn tal-Gvern Malti rigward Brexit – One News

Notifiki

Il-Kummissarju Għoli Ingliż jilqa’ l-impenn tal-Gvern Malti rigward Brexit

Il-Kummissarju Għoli Ingliż Stuart Gill laqa’ l-impenn tal-Prim Ministru u l-Gvern ta’ Malta b’rabta ma’ Brexit. Dan qalu f’filmat qasir b’referenza għall-konferenza stampa ta’ nhar l-Erbgħa meta l-Prim Ministru spjega numru ta’ miżuri f’każ li r-Renju Unit jinqata’ minn mal-Unjoni Ewropea mingħajr ma jintlaħaq ftehim.

“I was very pleased to hear Prime Minister Muscat’s announcment on Wednesday about Malta’s offer to UK nationals in the event when there’s no deal when Britain leaves the European Union”, sostna is-Sur Gill.

Il-Kummisarju Għoli rrepeta wkoll l-impenn tal-Prim Ministru u l-assigurazzjoni tal-Gvern dwar is-suġġett.

“He wants Malta to be open, hospitable and a place where UK nationals can live with peace of mind. I very much welcome this and the Prime Minister’s assurance”, kompla l-Kummissarju Għoli.

Il-Prim Ministru qal li l-Ingliżi li diġà qed jgħixu f’pajjiżna qabel id-disgħa u għoxrin ta’ Marzu, se japplikaw għal dokument ta’ residenza li jkun validu għal għaxar snin.

F’każ ta’ Brittaniċi li jiġu pajjiżna wara Brexit, xorta waħda jistgħu japplikaw għall-permess ta’ residenza ta’ għaxar snin, imma taħt regoli simili għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Il-Prim Ministru Muscat semma wkoll impenji li saru fl-oqsma tat-turiżmu, tas-saħħa, sigurtà nazzjonali u servizzi finanzjarji. Fakkar ukoll kif mit-Tnejn li ġej se jinfetaħ helpline f’Malta kif ukoll fir-Renju Unit sabiex jassisti liċ-ċittadini Maltin u Brittaniċi li mistennija jkunu milquta minn Brexit.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend