Notifiki

ARA: Inawgurat apparat li se jkun qed jgħin fil-kura tal-mard tal-qalb

Fl-Isptar Mater Dei ġie inawgurat apparat ġdid li se jkun qed jassisti lill-professjonisti tal-Kardjologija waqt xogħolhom. Il-Kap ta’ dan id-dipartiment Dr Robert Xuereb spjega kif dan l-apparat li jissejjaħ Cardiopulnonary Exercise Test se jkun qed jgħin waqt l-assessment ta’ pazjenti bi problemi fil-qalb fosthom difetti mit-twelid, qalb għajjiena u dawk li jkunu għadhom kif ħarġu minn operazzjoni. 

Il-Ministru Chris Fearne spjega kif kull sena madwar 500 pazjent jkollhom bżonn is-servizz ta’ riabilitazzjoni tal-qalb. Allura dan l-apparat ġdid se jkun qed jgħin ħafna lil dawk li jkollhom bżonnu. Huwa fakkar ukoll kif dan l-investiment segwa dak ta’ ftit ġimgħat ilu fejn kienet ġiet inawgurata cath suite ġdida fjamanta.

Il-Ministru rringrazzja wkoll lill-għaqdiet mhux governattivi li qed jidħlu f’impenji li ikomplu jtejbu l-ħajja tal-pazjenti. Dan l-apparat li sewa €100,000 ġie ffinanzjat mill-għaqda Beating Heart flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend