Raġel ta’ 61 sena ferut gravi wara inċident fuq dgħajsa tal-irmonk – One News

Notifiki

Raġel ta’ 61 sena ferut gravi wara inċident fuq dgħajsa tal-irmonk

Raġel ta’ 61 sena minn Marsaskala qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fuq dgħajsa f’Birżebbuġa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:30 tal-Erbgħa waranofsinhar, meta nqatgħet xi ċima li laqtet lil dgħajsa tal-irmonk li dak il-ħin kienet qed tiġbed vapur. Fuq din id-dgħajsa kien hemm żewġt irġiel ta’ 61 sena residenti l-Birgu u Marsaskala u raġel ta’ 36 sena residenti Xgħajra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jagħti l-ewwel għajnuna lill-irġiel. Ir-raġel ta’ 61 sena minn Marsaskala ttieħed l-Isptar Mater Dei u iktar tard huwa kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend