Arrestat wara li nqabad b’kilo u nofs kapsoli mimlijin kokaina – One News

Notifiki

Arrestat wara li nqabad b’kilo u nofs kapsoli mimlijin kokaina

Raġel ta’ 33 sena mill-Ħamrun qed jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li nqabad b’madwar kilo u nofs droga kokaina moħbija f’numru ta’ kapsoli biex tiġi mqassma.

Ir-raġel inqabad wara jiem ta’ ħidma mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-Fgura.

Fi tfittxija ulterjuri li saret fil-garaxx tiegħu instanu wkoll diversi pakketti b’madwar 11-il kilogramma pjanta tal-kannabis.

Ġie arrestat ukoll raġel ta’ 27 sena mill-Mosta biex jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. Il-Maġistrat Aaron Bugeja qed imexxi l-inkjesta li ġiet appuntata.

Iż-żewġt irġiel mistennija jiressqu taħt arrest aktar tard l-Erbgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend