Laqat lil sieħbu bi flixkun tal-ħġieġ u fajjarlu daqqa ta’ ponn – One News

Notifiki

Laqat lil sieħbu bi flixkun tal-ħġieġ u fajjarlu daqqa ta’ ponn

Justin Agius kien illiberat minn akkużi li darab gravi lil Arlen Dimech u għamillu farret fuq ħuġbejh waqt ġlieda fi stabbiliment f’Paceville.

Il-każ jeħodna lura għat-18 ta’ Ottubru li għadda, meta għall-ħabta tat-03:30, Dimech pprova jwaqqaf lil xi tfajliet milli jiġġieldu u qala’ daqqa ta’ ponn. Fis-saħna tal-mument huwa fajjar daqqa ta’ flixkun u laqat lil sieħeb l-akkużat, li taf daqqa ta’ ponn quddiem il-Pulizija tal-istabbiliment.

Jidher li Dimech kellu jagħmel tliet punti minħabba l-ġrieħi li ġarrab. F’seduta tal-Qorti f’Novembru li għadda, l-akkużat ammetta, iżda xahar wara huwa ppreżenta xi ritratti lill-Qorti biex juri li l-farrett ta’ Dimech ma kienx għadu qed jidher.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabet lil Agius ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, u meta nnutat li l-akkużat għandu fedina penali nadifa u li l-farrett tal-vittma m’għadux jidher, illiberat lil Agius bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend