L-isfida finali ta’ Hazzzard mill-Ġordan – One News

Notifiki

L-isfida finali ta’ Hazzzard mill-Ġordan

Nhar it-Tnejn 21 ta’ Jannar, 2019 fit-20:30 fuq ONE, ser jixxandar il-programm ta’ qabel tal-aħħar tal-avventura ta’ HazZzard.

Wara vjaġġ mimli sfidi estremi, l-avventura għall-protagonisti ta’ HazZzard waslet issa fil-final. Din is-sena, l-parteċipanti għaddew minn diversi esperjenzi uniċi u sfidi diffiċli f’ Iżrael u l-Palestina filwaqt li bħalissa, jinsabu għaddejjin bl-aħħar avventuri tagħhom il-Ġordan, fil-Lvant Nofsani.

Din is-sena, l-finali ser jixxandar fuq żewġ programmi. Nhar it-Tnejn li ġej, it-telespettaturi ser isegwu l-isfida finali, għall-ħames parteċipanti li għad fadal fil-kompetizzjoni. Fix-xemx tisreġ u sħana qawwija, dawn il-ħames parteċipanti iridu jisfidaw lil xulxin fi sfida mimlija ostakli, fejn finalment tiddetermina min ser ikunu l-aħħar erba’ finalisti. Fil-programm li jmiss l-parteċipanti iridu jgħaqqdu l-mappa u jiskopru d-destinazzjoni finali.

It-Tnejn ta’ wara 28 ta’ Jannar, jixxandar il-finali tal-programm fejn il-finalisti ser jittantaw xortihom biex jifthu t-teżor u nsiru nafu min għandu f’ idejħ ic-cavetta li tagħti aċċess għat-teżor.

HazZzard, nhar it-Tnejn 21 ta’ Jannar fit-20:30 fuq ONE.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend