Jitressaq il-qorti b’akkużi ta’ vjolenza domestika – One News

Notifiki

Jitressaq il-qorti b’akkużi ta’ vjolenza domestika

Il-Pulizija ressqet il-qorti raġel b’akkużi ta’ vjolenza domestika quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. N. Camilleri.

L-Ispettur Chris Spagnol ressaq lil Joseph Borg ta’ 56 b’akkużi ta’ vjolenza domestika, Borg qed iwieġeb li mhux ħati.

L-inċident seħħ wara li nqala argument bejnu u bejn it-tifel tiegħu fuq ħlas ta’ kont tad-dawl li jammonta għal €150, fejn l-imputat talab għall-ħlas ta’ nofs il-kont hekk kif it-tifel jgħix fir-residenza ma’ missieru flimkien mal-maħbuba tiegħu.

L-avukat Dr. Marita Pace Dimech li qed tidher għall-akkużat talbet għall-ħelsien mill-arrest.

Il-ħelsien mill-arrest ma ġiex aċċettat, iżda d difiża titlob li ma jintbagħatx fil-faċilità ta’ Kordin, iżda jinżamm fl-isptar Monte Carmeli.

Se jibqa’ jinżamm arrestat sakemm ikun hemm libertà proviżorja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend