Delia jiddefendi lil sieħbu li rema’ erba’ persuni t-taraġ – One News

Delia jiddefendi lil sieħbu li rema’ erba’ persuni t-taraġ

“Ħadd mhu ser iwaqqafna”.

Iddikjara dan il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, iddefenda lill-uffiċjal tas-sigurta qrib ħafna tiegħu, Terence Ciantar.

Ciantar, magħruf li jifforma parti mill-klikka msejħa Delia’s Underworld, imbotta u rema erbà persuni it-taraġ tal-istudio ta’ Xarabank.

Izda skond Delia din hija gidba, minkejja li l-filmat juri ċar kristall l-għemil ta’ Ciantar.

“Din hija gidba mhu vera xejn.”

Terence Ciantar mhux l-ewwel darba li xellef difru mal-ġustizzja.

B’Adrian Delia, li deher li approva l-għemil ta’ Ciantar, saħħan lill-attivisti nazzjonalisti li kienu prezenti fil-Kazin Nazzjonalista ta’ B’Kara.

Mhux se niqbgħu siekta u ħadd mhu ser iwaqqafna – infexx jgħajjat Adrian Delia.

“Mhux ser nibqgħu siekta u ħadd mhu ser iwaqqafna.”

L-attivita tal-Partit Nazzjonalista tal-Ħadd kompliet tikxef is-sitwazzjoni ħazina li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista.

Prezenti kien hemm ftit deputati mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. Bħal Beppe Fenech Adami, Ryan Callus, Therese Comodini Cachia u David Casa. Ftit li xejn kienu entuzjasti jisimgħu lil Delia, hekk kif tul id-diskors tiegħu dehru għal diversi drabi jitkellmu fil-widnejn … partikolarmanet Fenech Adami u Casa.

Sabiex jintgħoġob magħhom, kellu jfaħħar lil tal-Occupy Justice. Grupp għal qalb ħafna il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li mhux l-ewwel darba li iddikjara li Adrian Delia għandu jirrizenja.

Delia ma kellux il-kuraġġ issemmi lil Daphne Caruana Galiza, dik li sejhilha biċċa blogger wara li allegat li daħħal flus f’kont bankarju f’jersey ġejjien mill-prostituzzjoni.

“Qal li tal-Occupy Justice qegħdin ipoġġu x-xemgħat quddiem mafkar, minkejja li m’għamilx r-referenza għal Caruana Galizia.

Occupy Justice li qegħdin hemm jixgħelu x-xemgħat quddiem mafkar.”

Dwar l-inkwiet  intern fil-Partit Nazzjonalista, tkellem id-deputat nazzjonalista Edwin Vassallo li qal li hawn min qiegħed jara lil Delia bħala skumdita.

“Min qiegħed jara dan ir-raġel skumdità, araw lili skumdità ukoll.”

Fis-stqarrija l-Partit Laburista qal li ma’ Adrian Delia ma tafx fejn int f’għaxar minuti.

Il-Partit Laburista qal li Delia m’għandux bżonn 10 year challenge, iżda 10 minute challenge għax f’mument jgħid ħaġa u f’nifs ieħor jgħid ieħor, u dak li hu tiegħu jipprova jitfgħu fuq ħaddieħor.

Filli jattakka media meta jikkritikawh, filli ifaħħarhom meta jikkritikaw lil ħaddieħor. Filli jattakka l-Occupy Justice, filli ifaħħarhom. Filli jattakka deputati tiegħu, filli jgħid li m’għamilx hekk. Filli jgħid li favur l-investiment, filli joħroġ kontrih.

La l-Partit Nazzjonalista, aħseb u ara l-familji u negozji ma jafux fejn qegħdin ma’ Adrian Delia, qal l-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend