Il-kumpanija tal-gaming ‘888’ tirriloka lejn pajjiżna – One News

Notifiki

Il-kumpanija tal-gaming ‘888’ tirriloka lejn pajjiżna

Il-kumpanija tal-gaming 888 lestiet il-proċess sabiex tirriloka lejn pajjiżna. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri waqt dibattitu fil-programm Xarabank tal-Ġimgħa filgħaxija.

F’kummenti li ta lil ONE News, Schembri spjega li din hija waħda mill-akbar kumpaniji tal-gaming fl-Ewropa:

“Il-kumpanija enormi u tħaddem madwar 1,600 impjegat madwar id-dinja. Il-kumpanija hija 888 li l-bieraħ stess akwistat liċenzja Maltija u bdiet topera minn pajjiżna”.

Schembri spjega li l-kumpanija 888 hi biss waħda minn serje ta’ kumpaniji li raw il-potenzjal ta’ pajjiżna:

“Kif ukoll bdiet il-proċess li biex ċerti operat li għandha barra minn pajjiżna jiġi f’pajjiżna. Illum nista’ nħabbar li hemm tliet kumpaniji oħra kbar li diġà bdew il-proġess biex iġibu liċenzja ġewwa malta u jirrilokaw minn ġol-pajjiż li qegħdin fih.

Dan ifisser li ladarba dawn il-kumpaniji jlestu l-proċess ta’ rilokazzjoni, Malta se tkun qed tospita l-akbar kumpaniji tal-gaming li hawn rreġistrati fl-Ewropa:

“Nistgħu ngħidu li l-akbar kumpaniji kollha li qed joperaw fl-Ewropa se joperaw minn pajjiżna”

Schembri qal ukoll li bħalissa l-Gvern qed jaħdem sabiex ikompli jkabbar dan is-settur billi jintroduċi f’pajjiżna oqsma oħra bħall-Esports.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend