ARA: Uffiċjal tas-sigurtá ta’ Adrian Delia jwaddab 4 persuni t-taraġ waqt ġlieda fil-programm Xarabank – One News

Notifiki

ARA: Uffiċjal tas-sigurtá ta’ Adrian Delia jwaddab 4 persuni t-taraġ waqt ġlieda fil-programm Xarabank

Uffiċċjal tas-sigurtá qrib ħafna tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia imbotta u rema 4 persuni it-taraġ tal-istudio ta’ Xarabank. Dan l-argument imqanqal beda wara li Adrian Delia reġa’ ħa miegħu grupp ta’ nies li intimidaw u fixklu lil kull min ma bediex jaqbel mal-Kap.

F’Xarabank, dawn in-nies qrib Delia bdew joffendu lis-Segretarju Parlamentari, Silvio Schembri, mal-mument li beda jitkellem u minn hemm ‘il quddiem in-nies li ħa Delia nfexxew f’tgħajjir. Dan mhux biss lejn Schembri iżda wkoll lejn qraba tiegħu li kienu mal-pubbliku tiegħu fl-udjenza.

Fost dawn in-nies li fix-xhur li għaddew kienu ġew deskritti bħala ‘Delia’s underworld’ kien hemm Terence Ciantar. Raġel li huwa qrib ħafna ta’ Adrian Delia. Filmat miġbud mis-sala ta’ Xarabank juri lil Ciantar jimbutta 4 persuni t-taraġ wara li urew dispjaċir u nuqqas ta’ approvazzjoni għall-kliem aħdar li kien qed jingħad fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari tal-Gvern.

Din ma kinitx l-ewwel darba li Ciantar xellef difru mal-ġustizzja hekk kif fl-2015 kien tressaq il-Qorti akkużat li pprovoka ġlieda f’logħba taħraq bejn Birkirkara u l-Ħibs. Dakinhar Delia kien għadu President tal-klabb ta’ Birkirkara. Dakinhar tal-inċident huwa kien tressaq il-Qorti akkużat ukoll li instiga grupp ta’ persuni jwettqu reat, invada l-pitch, mar kontra l-ordnijiet tal-Pulizija u li kien riċediv.

Il-filmati li tella’ fuq is-sit soċjali ta’ Facebook Silvio Schembri juru wkoll lis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli f’nofs il-marmalja ta’ Nazzjonalisti kollha qrib tal-Kap Adrian Delia.

Din mhix l-ewwel darba li nġibdet l-attenzjoni għan-nies li qed ikun imdawwar bihom Adrian Delia. Dwarhom kienet tikteb il-blogger Daphne Caruana Galizia li kienet qalet ukoll kif kienet spiċċat mhedda mill-istess nies mdawwra ma’ Adrian Delia.

Dan il-filmat skredita wkoll lill-kamra tal-aħbarijiet Nazzjonalista fejn matul il-ġurnata ppruvaw jimplikaw li s-sindku ta’ Ħal-Luqa li huwa missier s-Segretarju Parlamentari Schembri instiga l-ġlieda hu. Madankollu din l-allegazzjoni ġiet imgiddba ċar u tond hekk kif il-filmati juru lis-sindku bilqiegħda f’postu waqt li Terence Ciantar kien qed jarmi lin-nies minn fuq is-siġġijiet.


Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend