Busuttil ma jgħidx jekk għandux fiduċja fil-Kap – One News

Notifiki

Busuttil ma jgħidx jekk għandux fiduċja fil-Kap

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil naqas milli jiddikjara l-fiduċja tiegħu fil-Kap attwali Adrian Delia.

Dan sar wara li l-ġurnal The Times bagħat mistoqsija lid-deputati tal-Oppożizzjoni kollha jistaqsi jekk għandhomx fiduċja fil-kap tagħhom.

Fil-fatt, fost it-28 Deputat Nazzjonalista kien Mario Galea biss li wieġeb b’mod ċar li għandu fiduċja assoluta f’Delia.  Simon Busuttil wieġeb li ma kellux kumment x’jgħaddi u wieġeb biss ‘no comment’.

Id-Deputati tal-Oppożizzjoin Marlene u Geodfrey Farrugia li kienu parti mill-Forza Nazzjonali li waqqaf Simon Busuttil, qal li tilfu l-fiduċja tagħhom f’Adrian Delia minħabba l-atteġġjament tiegħu tul dawn l-aħħar xhur.

It-Times irrappurtat ukoll kif il-Kumitat tal-Etika tal-Partit Nazzjonalista ilu xolt mindu Adrian Delia laħaq kap tal-Partit. Fil-kampanja għall-ħatra ta’ kap ġdid nazzjonalista, il-kumitat kien issuġġerixxa lil Adrian Delia sabiex jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu u jirtira l-kandidatura.

Dan seħħ wara li blogger Daphne Caruana Galizia allegat li Delia kellu introjtu minn ħasil ta’ flus minn numru ta’ briedel f’Soho Londra. Allegazzjonijiet li reġgħu tfaċċaw ftit tal-ġimgħat ilu u li komplew jitfgħu aktar pressjoni fuq Delia.

Bħalissa Delia qiegħed imur ukoll kontra l-istatut tal-Partit Nazzjonalista hekk kif hemm miktub ċar u tond li l-Partit għandu jkollu kumitat tal-etika li jiffunzjona magħmul minn ħames membri.

L-istatut jgħid ukoll li dawn il-membri għandhom ikunu persuni li għandhom il-fiduċja tal-pubbliku u li għandhom ikunu persuni integri u onesti.

Liema persuni għadhom neqsin mill-Kumitat tal-Etika u l-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend