Notifiki

Membru tal-ekwipaġġ ta’ linja tal-ajru involut f’ċirku organizzat li jittraffika d-droga

Il-Pulizija Awstraljana jgħidu li qabdu ċirku organizzat tad-droga li allegatament kien jinvolvi lill-isteward biex jittraffika d-droga fil-pajjiż.

Tmien persuni li jinkludu mpjegat wieħed tal-Malindo Air, kienu arrestati f’Melbourne l-ġimgħa l-oħra.

Malindo Air, kumpanija tal-ajru żgħira fil-Malażja ma tat l-ebda kumment.

Il-Pulizija qalu li kien hemm importazzjoni illegali ta’ 20 miljun dollaru Awstraljan li jinkludu drogi, eroina u drogi oħrajn mill-Malażja.

Erbgħa rġiel u nisa bejn l-etajiet ta’ 26 u 48 sena ġew mixlija bit-traffikar tad-droga.

“Membri tal-kru tal-kabina kienu wżati biex idaħħlu d-droga”.

Il-Pulizija iktar tard iċċaraw li attendent tat-titjira wieħed kien mixli.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend