“Leli kien salvali ħajti meta kont għadni tifla” – One News

Notifiki

“Leli kien salvali ħajti meta kont għadni tifla”

L-għada tat-traġedja li ħasdet il-ħajja ta’ Manwel Grech waqt li kien qiegħed jgħin lil ibnu fit-tqegħid tal-madum, Dennisha Spiteri kitbet li Manwel kien salvalha ħajjitha meta kienet għadha tifla.

Fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, Dennisha tat ħajr lil Leli li kien salvalha ħajjitha fi ċkunitha. Qalet li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tinduna kemm m’aħna xejn.

Dan il-messaġġ wassal ukoll għar-reazzjoni ta’ Matthew, iben Leli li rah imut quddiem għajnejh.
Matthew kiteb għadu ma jistax jemmen li missieru tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol.

“Ara kemm kont qalbet kbira missier. Salvajt ħajja ta’ tifla u jien ma stajt nagħmel xejn biex insalvak ħlief li ngħannqek u nbusek”, kiteb Matthew.

Huwa temm jgħid li missieru kien eroj kbir, bniedem li dejjem ħadem għall-familja biex jaraha tgħix kuntenta.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2019/01/15/kiefra-kellek-thallina-hekk-tmut-quddiemi-u-ma-stajt-naghmel-xejn-biex-nghinek-iben-leli-grech-1/

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend