Il-politika tal-Gvern qed twassal biex id-dħul f’pajjiżna jilħaq il-medja Ewropea – One News

Notifiki

Il-politika tal-Gvern qed twassal biex id-dħul f’pajjiżna jilħaq il-medja Ewropea

Fl-analiżi annwali dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna, il-Fond Monetarju Internazzjonali jsostni li “Malta’s economic growth continues to be one of the strongest in Europe, resulting in rapid income convergence towards the EU average”. Skont l-esperti tal-IMF, dan ir-riżultat huwa dovut għal miżuri mwettqa mill-Gvern, deskritti bħala “prudent policies and reform efforts” li wasslu għal titjib kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku.

Filwaqt li rrimarkaw li s-sitwazzjoni internazzjonali qed issir aktar waħda ta’ sfidi, it-tkabbir f’pajjiżna mistenni jibqa’ sostnut bis-saħħa ta’ “rising incomes, low unemployment and planned investment projects”.

L-IMF jaqbel mal-politika ekonomika tal-Gvern, tant li sostna fuq il-bżonn li l-Gvern “maintain prudent, growth-enhancing fiscal policy, while fostering social inclusion”. Bil-maqlub tal-kritika mill-Oppożizzjoni, l-IMF kellu kliem ta’ tifħir għal kif il-Gvern qed imexxi l-politika fiskali, u r-rapport jikkonkludi li “the government’s plan to balance the budget excluding IIP proceeds in the medium term is appropriate”.

L-esperti internazzjonali jaqblu wkoll mal-bżonn li jikber l-investiment fl-infrastruttura u faħħru miżuri li ttieħdu biex titnaqqas l-evażjoni fiskali kif ukoll inċentivi favur min ikompli jaħdem u min ifaddal f’pensjonijiet privati. Ir-rapport jgħid li “the authorities’ recent focus on upgrading road infrastructure is appropriate”, filwaqt li jappoġja miżuri bħal dawk tal-“make work pay” u inizjattivi favur tisħiħ tal-edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ.

Fl-istess ħin, l-esperti tal-IMF sostnew li l-iskemi li beħsiebu jwettaq il-Bank Malti tal-Iżvilupp, entità mwaqqfa minn din l-amministrazzjoni, mistennija jwasslu għal aktar investiment u innovazzjoni.

Fuq l-aspett soċjali, l-IMF jgħid li “the recent relaxation of eligibility requirements for rents subsidies is a step in the right direction” filwaqt li ħeġġet biex tkompli l-ħidma tal-Gvern biex tiżdied il-provvista tal-housing soċjali.

L-esperti tal-IMF faħħru wkoll ix-xogħol tal-Gvern biex tissaħħaħ l-integrita tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna. Fost l-oħrajn jgħidu li “the measures taken to implement the recently enacted 50-point action plan (based on the latest National Risk Assessment) are steps in the right direction”. Fil-fatt qalu li huwa importanti li jkomplu r-riformi li twettqu fl-aħħar snin.

L-IMF innota li t-tkabbir qed joħloq sfidi ġodda, fosthom pressjoni fuq l-infrastruttura u pressjoni fis-suq tax-xogħol. Madanakollu huwa ċar li l-Gvern miexi fid-direzzjoni t-tajba, tant li l-esperti tal-IMF qed ibassru tkabbir ta’ aktar minn 5% għal din is-sena, filwaqt li d-dejn nazzjonali mistenni jaqa’ għal taħt l-40% tal-ġid nazzjonali sal-2021.

Wara li pajjiżna kellu aċċelerazzjoni fit-tkabbir, ir-ritmu għandu jinżamm u jsir l-investiment neċessarju biex Malta tkompli tipprepara għall-futur. Għalhekk il-Gvern ser jieħu iktar miżuri biex itejjeb l-infrastruttura u r-riżorsi umani ta’ pajjiżna, kif ukoll ikompli jaħdem biex il-ġid jasal dejjem aktar għand kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend