FILMAT: Ra lil missieru jmut quddiem għajnejh – One News

Notifiki

FILMAT: Ra lil missieru jmut quddiem għajnejh

Dik li kellha tkun ġurnata ta’ xogħol għal familja Grech inbidlet fl-akbar traġedja ta’ ħajjithom. Dan hekk kif Leli Grech, magħruf bħala l-Pejsa, ta’ 65 sena minn Ħaż-Żebbuġ, tilef ħajtu traġikament meta waqa għoli ta’ żewġ sulari fil-Kumpless Daniels fil-Ħamrun.

Dan ġara meta hu kien qed jgħin lill-ibnu Matthew fix-xogħol tat-tqegħid tal-madum, li kien qed iwaħħal f’dan il-kumpless li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet stqarrew ma’ ONE News li għall-ħabta tat-08:00 tat-Tlieta filgħodu, Grech kien qed jiknes u jaqla’ xi spacers li jintużaw fit-twaħħil tal-madum minn sular taħt l-art.

F’xi ħin l-anzjan tfixkel u waqa minn ġo bokka ta’ lift li kien għad irrid jitwaħħal għal żewġ sulari l-isfel biex spiċċa fil-parkeġġ tal-istess stabbiliment li għal dawn l-aħħar ġimgħat kien magħluq minħabba xi xogħlijiet li qed issirulu.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma wkoll li dak il-ħin Grech għamel xi passi lura, b’dan ikun l-aħħar moviment ta’ ħajtu dan għaliex miet immedjatament fuq il-post.

Fuq il-post isejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei imexxi mit-Tabib Michael Spiteri madankollu Grech ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.  Il-mewta traġika ta’ Leli Grech, kaċċatur magħruf fost il-kommunità Żebbuġija, ħasdet lil diversi Żebbuġin, l-aktar dawk fiż-żona ta’ Ħal Mula fejn hu kien joqgħod flimkien ma’ martu.

Oriġinarjament Leli Grech twieled u trabba f’San Ġiljan madankollu kien ilu jgħix f’Ħaż Żebbuġ għal bosta snin, tant li ż-Żebbuġin kienu jqisuh bħala wieħed minnhom.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Doreen Clarke, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-Investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Stacey Attard mill-Għassa tal-Ħamrun.

Ara wkoll:

Aġġornat: Malti ta’ 65 sena jmut wara li waqa’ żewġ sulari għoli fil-Ħamrun

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend