“Delia messu qal meta se jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari”- il-PL – One News

Notifiki

“Delia messu qal meta se jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari”- il-PL

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għamel tiegħu l-ispekulazzjonijiet tal-ex kap Nazzjonalista Simon Busuttil dwar il-kawża li għamel biex jiġu investrigati numru ta’ persuni foshtom il-Prim Ministru, il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.

Il-ġimgħa li għaddiet il-Qorti kriminali ppresduta mill-Imħallef Giovanni Grixti ma laqgħatx it-talba ta’ Simon Busuttil sabiex tinfetetaħ inkjesta inġenere. Dan sar wara li l-Qorti qalet bl-aktar mod rikors li ressaq biex ikun investigati seba’ persuni kien biss il-fehma tiegħu u fin-nuqqas ta’ provi kien deskritt bħala li jikkwalifika għal spekulazzjoni. 

Meta mistoqsi dwar x’jaħseb dwar l-attakk li Busuttil għamel fil-konfront tal-Qorti, viżibbilment skomdu, Adrian Delia għamel tiegħu l-ispekulazzjonijiet ta’ Busuttil u wera li dan qed jaġixxi għar-rasu bla ma jinforma lit-tmexxija tal-Partit. Din id-dikjarazzjoni tikkuntrasta sew ma’ dak li Delia stess iddikjara l-għada tas-sentenza meta stqarr li l-Qorti tkellmet sew.

Mistoqsi meta bi ħsiebu jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista biex jiddiskuti t-talba li qed jagħmlu diversi deputati Nazzjonalisti dwar il-pożizzjoni tiegħu fit-tmexxija tal-Partit, Delia kompla jaħrab mill-mistoqsija u qal li l-grupp iltaqa’ s-sena l-oħra.

B’rabta ma’ dan, il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien mistenni jgħid meta se jlaqqa’ l-grupp parlamentari. Iżda, minflok reġa’ rreppeta l-istess kantaliena li issa l-Partit Nazzjonalista ilu għaddej biha żmien.

Qal li dan hu tassew każ li min ikun qed jegħreq ifittex kull tibna biex jaqbad magħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend