Raġel ta’ 44 sena minn Ħal Tarxien qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum aktar kmieni s-Sibt.
L-inċident seħħ sħall-ħabta ta’ 12:10, meta r-raġel waqa’ minn fuq sellum f’garaxx fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin