L-aktar katamaran veloċi fil-Mediterran se jasal Malta x-xahar id-dieħel – One News

L-aktar katamaran veloċi fil-Mediterran se jasal Malta x-xahar id-dieħel

Il-katamaran il-ġdid tal-Virtu Ferries se jasal Malta x-xahar d-dieħel wara li fl-24 ta’ Jannar, il-kumpanija li bnietu f’tarzna fl-Awstralja se tgħaddih lill-kumpanija Maltija. Dan imbagħad se jibda vjaġġ li mistenni jieħu madwar 20 jum sal-Port il-Kbir. Dan se jkun l-aktar wieħed veloċi li se jkun qed jopera fil-Mediterran u t-tieni l-akbar fid-dinja, hekk kif se jkun jista’ jġorr mad-900 passiġġiet u 167 karozza. Dan se jkun mgħammar b’erba’ magni u jkun kapaċi jbaħħar 70 kilometru s-siegħa.

Il-katamaran il-ġdid huwa twil madwar 18,000 kilometru u se jissemma għall-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni. Huwa se jibda’ jopera bejn Malta u Sqallija minn Marzu li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend