Fil-Gabon, l-armata tal-pajjiż ħadet it-tmexxija tal-pajjiż wara li t-Tnejn kmieni filgħodu sar kolp ta’ stat. L-armata ħadet it-tmexxija tal-pajjiż mill-familja Bongo li kienet ilha tmexxi l-Gabon mis-sena 1967.
F’messaġġ fuq l-istazzjon televisiv nazzjonali, l-armata li sejħet lillha nnifisha bħala l-Moviment Patrijoti għad-Difiża u s-Sigurtà tal-Gabon, qalet li bit-tmexxija f’idejhom, fil-pajjiż se jerġa’ jkun hemm id-demokrazija.
Fil-belt kapitali tal-Gabon, Libreville hemm diversi vetturi tal-armata.
L-ex President tal-Gabon, Ali Bongo huwa mifhum li qed jieħu trattament ta’ kura ġewwa l-Marokk, hekk kif f’Ottubru li għadda huwa tah stroke. Ali Bongo kien ilu fit-tmexxija tal-pajjiż mill-2009, hekk kif kien ħa t-tmun mingħand missieru, Omar Bongo.