Notifiki

Il-vittma huwa Nolan Farrugia ta’ 21 sena- kien ilu jsuq il-mutur xahar biss

Nolan Farrugia ta’ 21 sena mis-Siġġiewi huwa l-vittma li tilef ħajtu f’inċident bil-mutur il-Ħamis filgħodu f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 am fi Triq Ħal Qormi, meta Farrugia, li kien qed isuq il-mutur tat-tip Kymco Agility, ħabat ma’ trakk taż-żibel li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 56 sena li jgħix Ħal Għaxaq.

L-inċident seħħ ftit ‘il bogħod mill-kwartieri tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Sorsi qalu lil one.com.mt li Farrugia kien ilu xahar biss isuq il-mutur.

Bil-każ ġiet inufrmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella, li ħatret diversi esperi biex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ara wkoll:

BIL-FILMAT: Żagħżugħ imut f’inċident ikrah tat-traffiku f’Ħal Luqa

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend