Ix-shutdown tal-Istati Uniti se jkompli fil-Milied

Ix-shutdown parzjali tal-gvern tal-Istati Uniti se jkompli fil-festi tal-Milied hekk kif ma hemm l-beda tama li jintleħaq ftehim dwar l-infieq tal-baġit.

Is-Senat, li jrid jgħaddi ftehim, aġġorna għall-Ħamis.

Sadanittant, il-President Donald Trump se jibqa f’Washington għal perjodu tal-festi, u ħassar il-vaganza li kellu fi Florida.

Ix-shutdown beda f’nofsillejl tal-Ġimgħa wara li d-Demokratiċi rreżistew il-proposta ta’ Trump għal ħames biljun dollaru Amerikan sabiex jinbena ħajt fil-fruntiera mal-Messiku.

Trump wissa li t-taħdidiet jaf jieħdu żmien twil, bid-Demokratiċi jgħidulu li għandu jabbanduna l-pjan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend