Akkużat li seraq kollezzjoni kbira ta’ arti minn dar privata f’Ħal Balzan – One News

Notifiki

Akkużat li seraq kollezzjoni kbira ta’ arti minn dar privata f’Ħal Balzan

Nazzareno Deguara, Żejtuni ta’ 45 sena ġie arrestat u akkużat fil-Qorti b’serqa ta’ kollezzjoni kbira ta’ arti minn residenza privata f’Ħal Balzan.

Huwa ġie mixli permezz ta’ ċitazzjoni, bil-kumpilazzjoni fil-konfront tiegħu mistennija tibda fi Frar quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li nsterqu wieħed u għoxrin pittura li l-valur tagħhom huwa ta’ madwar €172,000.

Il-pitturi kollha huma xogħlijiet antiki u oriġinali u ġejjin minn kollezzjoni li kienet qed tinżamm f’residenza kbira, magħrufa bħala palazzo, fi Triq il-Kbira, f’Ħal Balzan.

Din is-serqa kienet irrappurtata minn anzjana li toqgħod f’dan il-palazz maġenb il-Knisja ta’ Ħal Balzan, ix-xahar li għadda.

Jidher li r-raġel kien jitla’ jħuf fid-dar malli l-anzjana tagħmillu t-te jew tidħol tuża l-kamra tal-banju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend