ARA: Sitt xhur oħra jinfetaħ l-ewwel pont minn sebgħa – One News

Notifiki

ARA: Sitt xhur oħra jinfetaħ l-ewwel pont minn sebgħa

Sa sitt xhur oħra se jinfetaħ għat-traffiku l-ewwel pont minn sebgħa fil-proġett ta’ sebgħin miljun tal-junction tal-Marsa.

Dan ħabbru il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Fredrick Azzoppardi fejn spjega kif ix-xogħol fuq l-ewwel pont li se jgħaqqad Triq Aldo Moro ma’ Triq Garibaldi mistenni jdum madwar sitt xhur.

“Dan anki s-sistema tat-traffiku li se nkunu qed nimplimentaw illum se tibqa’ magħna għas-sitt xhur li ġejjin meta ser inkunu qegħdin niftħu wkoll l-ewwel żewġ flyovers ġodda. Għaldaqstant din hija fażi kruċjali ħafna għax meta nibdew inwaqqfu struttura wara l-oħra nibdew anki neliminaw traffic lights u anki sistema tat-traffiku kif nafuha llum.”

Il-Perit Raphael Abdilla minn Infrastructure Malta spjega kif sabiex ikun jista’ jibda dan ix-xogħol, il-Ħamis, is-sewwieqa fi triqithom lejn it-triq tal-barrani jew tal-ajruport, se jgħaddu minn triq ġdida li nbniet quddiem il-kumpless ta’ ONE TV.  Fl-istess waqt it-traffiku li jkun sejjer lejn il-Kottonera għandu jibqa’ juża triq kif nafuha llum.

Huwa spjega kif matul il-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis se jiċċaqalqu mas-sitt mitt blokka tal-konkos sabiex jinfetħu numru ta’ toroq ġodda.

“It-traffiku li ġej minn naħa ta’ Aldo Moro l-parti lesta qed jinferaq fi tnejn importanti li s-sewweiqa jsegwu s-sinjali temporanji biex jaqbdu diversions, minn tiela lejn il-kottonera se jibqa jgħaddi minn naħa tal-eks shipbuilding u n-naħa l-oħra se jgħaddu r-rotot kollha li jmorru lejn Santa Luċija, ajruport jew Ħal-Qormi”

Għal dawk li minn Aldo Moro jkunu jridu jmorru lejn Ħal Qormi jew Triq Garibaldi se tinfetaħ triq temporanja minn ġol-parkeġġ taċ-ċimiterju tal-addolorata. Sabiex tidħol lejn iċ-ċimiterju se jiġu installata sett ta’ traffic lights ġodda qabel id-daħla taċ-ċimiterju.

“Jerġgħu jinferqu f’lights aktar ’il fuq quddiem l-addolorata, idawwru fil-parkeġġ tal-addolorata sabiex ikunu jistgħu jaqbdu t-telgħa ta’ Garibaldi, Santa Luċija jibqgħu tilgħin dritt, Ħal-qormi jibqgħu jgħaddu mid-‘diversion’ ta’ bħalissa minn triq il-Gvern lokali”

Sakemm issir din id-devjazzjoni, matul il-lejl tal-Erbgħa u l-Ħamis se tinfetaħ it-triq tal-baċir numru sebgħa sabiex jintuża mill-karozzi li jkunu deħlin lejn il-Kottonera u Raħal Ġdid.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend