Raġel wieġeb ħati li wettaq holdups fi ħwienet tal-merċa differenti fl-aħħar xahar – One News

Notifiki

Raġel wieġeb ħati li wettaq holdups fi ħwienet tal-merċa differenti fl-aħħar xahar

Justin Camilleri, raġel ta’ 31 sena bla saqaf fuq rasu, wieġeb ħati għal żewġ serqiet separati u għal attentat ieħor ta’ serqa.

Huwa kien akkużat ukoll li saq karozza misruqa tat-tip Ford Focus, seraq pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-karozza u li ffroda sid ta’ pompa tal-petrol.

Kellu wkoll akkużi oħra relatati ma’ ksur ta’ ordni ta’ probation u li sar riċediv.

It-tliet serqiet kienu mmirati lejn ħwienet differenti tal-istess kumpanija, bl-ewwel każ seħħ fil-5 ta’ Novembru f’Santa Venera.

Xahar wara, fil-mira ta’ Camilleri kien hemm ħanut ieħor f’Birkirkara u jumejn wara, l-istess raġel ipprova jagħmel hold up f’ħanut f’San Ġwann.

L-avukat tad-difiża, Andy Ellul spjega li huwa kien jaf lill-klijent mindu kien tifel u kien konxju tat-trobbija tiegħu. Intqal ukoll kif ir-raġel li sa ftit xhur ilu kellu impjieg stabbli, ma kienx maħkum mill-vizzju tad-droga iżda kien jagħmel użu minnha.

Fid-dawl ta’ dan, il-maġistrat Audrey Demicoli ordnat li l-akkużat jinżamm arrestat sakemm tingħata s-sentenza nhar il-Ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend