Il-Gvern qed ikompli l-preparamenti għal kull eventwalità dwar il-ftehim tal-Brexit – One News

Notifiki

Il-Gvern qed ikompli l-preparamenti għal kull eventwalità dwar il-ftehim tal-Brexit

Pajjiżna jrid iwassal messaġġ li, filwaqt li l-ftehim propost huwa l-aħjar wieħed għal Brexit u m’hemmx lok għal tibdil, teżisti rieda li jingħataw iktar kjarifiċi kif ikun il-bżonn.

F’dikjarazzjoni fil-bidu ta’ laqgħa tal-kabinett man-nies dwar l-infrastruttura, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li Malta qed issegwi l-iżviluppi li qed jiġru fir-Renju Unit wara l-posponiment tal-vot dwar Brexit fil-Parlament Ingliż.

Qal li pajjiżna ma jistax jindaħal f’deċiżjonijiet sovrani tal-poplu Ingliż iżda se jkun qed jiddiskuti fil-kabinett u jibqa f’kuntatt mal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea biex it-tħejjijiet ikunu fl-aqwa tagħhom kemm fl-eventwalità li l-ftehim ikun aċċettat, kif ukoll jekk ma jkunx aċċettat, u jidħol xenarju ta’ Brexit bla ftehim.

Dr Muscat qal li jrid iserraħ ras iċ-ċittadin Maltin fir-Renju Unit li, bi ftehim jew mingħajru, pajjiżna se jkun qed isegwi s-sitwazzjoni tagħhom biex ma jiffaċjaw ebda riperkussjonijiet. Bl-istess mod, anke jekk ma jkunx hemm ftehim, ma jeżisti ebda ħsieb li jittieħdu miżuri drakonjani fuq ċittadini Brittaniċi f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend