Notifiki

It-talent tat-tfal fuq il-kartolini tal-Prim Ministru


Id-disinji fuq il-faċċati tal-kartolini tal-Milied li se jintbagħtu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru din is-sena, huma frott it-talent artistiku ta’ sitt studenti li jattendu l-Kulleġġ San Tumas Moore.

B’għajnejhom jixegħlu u b’entużjażmu liema bħalu, iċ-ċkejknin kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni ingħataw ċertifikat għall-parteċipazzjoni tagħhom.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat faħħar l-abbiltajiet tat-tfal li qal kif qed juru l-ħiliet kreattivi tagħhom billi jagħġnu dak li huwa verament sinifikattiv għalihom f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.

Mart il-Prim Ministru Michelle Muscat qalet kif kienet ix-xewqa ta’ żewġha li din is-sena jintagħżlu t-tfal minn dan il-Kulleġġ, li fetaħ il-bibien tiegħu s-sena l-oħra u qed jilqa’ fi ħdanu studenti li jixtiequ jisfruttaw il-potenzjal artistiku tagħhom.

Il-kartolini tal-Prim Ministru mhux biss se jmorru fid-djar Maltin u Għawdxin, għand ambaxxaturi, u entitajiet pubbliċi, imma wkoll għand Prim Ministri u Presidenti minn madwar id-dinja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend